Wednesday 24 October 2012

Dawra ma' Bormla


It-tfal tat-tielet sena flimkien mal-għalliema tagħhom marru dawra ma' Bormla bħala parti mill-proġett tal-Istudji Soċjali. Huma żaru d-dar tal-anzjani, il-Knisja Parrokjali, l-Għassa tal-Pulizija, il-Każin tal-Banda u l-Kunsill Lokali.


Natassja Stafrace kitbet dawn is-sentenzi dwar il-ħarga tagħhom.
  1. Nhar it-Tnejn morna mixja madwar Bormla.
  2. Aħna u mexjin rajna ħafna ħwienet.
  3. Rajna wkoll il-Knisja Parrokjali.
  4. Din hi ddedikata lill-Immakulata Kunċizzjoni.
  5. F' Bormla għandna wkoll l-għassa tal-Pulizija.
  6. Aħna u mexjin rajna wkoll iċ-ċentru tas-saħħa.
  7. F' Bormla għandna wkoll monument tal-gwerra.
  8. Aħna u mexjin rajna l-bandli.
  9. Ħdejn l-iskola hemm ukoll il-Kunsill Lokali u dar tal-anzjani.

Denzil Spiteri kiteb hekk dwar il-mixja ma' Bormla, il-belt fejn joqgħod.

  1.  Din il-ġimgħa morna mixja ma' Bormla.
  2. Aħna u mexjin rajna l-każin tal-Banda.
  3. Rajna wkoll il-Knisja.
  4. Il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ssir fit-tmienja ta' Diċembru.
  5. F' Bormla għandna wkoll l-għassa tal-pulizija.
  6. Aħna u mexjin rajna wkoll il-Bank of Valletta.
  7. Rajna wkoll iċ-ċentru tas-saħħa.
  8. F' Bormla għandna wkoll il-knisja ta' Santa Tereża.
  9. Ħdejn l-iskola hemm ukoll il-bandli.